Matul il-lejl li għadda, aktar minn 10,000 persuna marru għall-appuntament annwali fejn għamlu l-mixja b’risq Puttinu Cares.
Il-mixja ta’ din is-sena kisret rekord fejn għall-ewwel darba kien hemm aktar minn 10,000 persuna.
Kien f’nofs il-lejl eżatt meta l-eluf bdew il-mixja minn quddiem is-Santwarju tal-Madonna tal-Mellieħa u mxew lejn ix-Xemxija, San Pawl il-Baħar, il-Mosta, Birkirkara, l-Imsida, il-Pietà, u spiċċat fuq il-Fosos tal-Furjana.