Monday, May 13, 2024

Aktar minn biljun persuna madwar id-dinja huma obeżi

Aqra wkoll

Skont ċifri ppubblikati f’The Lancet, aktar minn biljun persuna madwar id-dinja kollha huma obeżi. Dan l-ammont jinkludi madwar 880 miljun adult u 159 miljun tifel u tifla. 

L-ogħla rati kienu rreġistrati f’Tonga u s-Samoa Amerikana fost in-nisa u fis-Samoa Amerikana u n-Nauru fost l-irġiel, b’madwar 70% u 80% tal-adulti ntqal li huma obeżi. 

Minn madwar 190 pajjiż, ir-Renju Unit jikklassifika l-55 l-ogħla għall-irġiel u s-87 għan-nisa. Tim internazzjonali ta’ xjentisti qed jisħqu li hemm ħtieġa urġenti għal bidliet kbar fil-mod kif tiġi trattata l-obeżità.

L-obeżità tista’ żżid ir-riskju li tiżviluppa ħafna kundizzjonijiet serji tas-saħħa, inkluż mard tal-qalb, dijabete tat-tip 2 u saħansitra kanċer.

Filwaqt li kklassifikaw ir-rati globali tal-obeżità (il-perċentwal tal-popolazzjoni kklassifikata bħala obeża, wara li d-differenzi fl-età jkunu kkunsidrati), ir-riċerkaturi sabu li:

L-Istati Uniti tiġi fl-10 pajjiż bl-ogħla rata għall-irġiel u s-36 l-ogħla għan-nisa, l-Indja tikklassifika fid-19-il post l-aktar baxx għan-nisa u fil-21 l-inqas għall-irġiel, iċ-Ċina hija l-11 l-inqas għan-nisa u t-52 l-inqas għall-irġiel.

Ir-riċerkatur anzjan Prof. Majid Ezzati, tal-Imperial College London, qal lill-BBC: “F’ħafna minn dawn il-gżejjer niġu għad-disponibbiltà ta’ ikel tajjeb għas-saħħa u l ikel li ma jkux tajjeb għas-saħħa.

“F’xi każijiet kien hemm kampanji ta’ kummerċjalizzazzjoni aggressivi li jippromwovu ikel ħażin għas-saħħa, filwaqt li l-ispiża u d-disponibbiltà ta’ ikel aktar tajjeb għas-saħħa jistgħu jkunu aktar problematiċi.”

Il-Prof. Ezzati, li ilu snin iħares lejn id-dejta globali, sostna li huwa sorpriż bil-mod ta’ kif qed jinbidel dan ix-xenarju, b’ħafna aktar pajjiżi issa qed jiffaċċjaw kriżi tal-obeżità, filwaqt li n-numru ta’ pajjiżi fejn dawk li għandhom piż baxx huwa meqjus bħala tal-akbar tħassib, kompla jonqos. 

Ir-rapport, li jkopri s-snin bejn l-1990 u l-2022, sab li r-rata tal-obeżità żdiedet b’aktar minn erba’ darbiet fost it-tfal u ż-żgħażagħ. Sadanittant, għall-adulti, ir-rata hi ta’ aktar mid-doppju fin-nisa u kważi tliet darbiet aktar fost l-irġiel. 

Sport