Thursday, April 18, 2024

Al-Hilal lesti jagħtu lil Lionel Messi salarju ta’ €250 miljun fis-sena

Aqra wkoll

L-attakkant internazzjonali Arġentin, Lionel Messi, qed jiġi segwit mill-club tal-Arabja Sawdija, Al Hilal, li huwa lest li jagħtih salarju ta’ €250 miljun fis-sena jekk huwa jingħaqad magħhom fil-jiem li ġejjin. 

Cristiano Ronaldo wasal fil-Lvant Nofsani aktar kmieni dan ix-xahar wara li aċċetta trasferiment ma’ Al Nassr b’salarju ta’ €175 fis-sena biex bħalissa huwa l-aktar player imħallas fid-dinja. 

Iżda skond rapporti, Messi jista’ jingħata l-opportunità li jċekken il-paga ta’ Ronaldo jekk huwa jaċċetta l-offerta tar-rivali eterni. 

Messi, li għandu 35 sena, bħalissa jinsab mingħajr kuntratt  ma’ Paris St-Germain minkejja li għandu ftehim verbali biex iġedded il-kuntratt fil-ġimgħat li ġejjin. 

Peró issa qed ikun marbut mal-possibbiltá li jmur jilgħab fil-kampjonat Sawdi, ma’ Al-Hilal li flimkien ma’ Al-Nassr jifformaw id-”derby ta’ Riyadh.” 

Bla dubju, jekk Messi jaċċetta li jissieħeb ma’ Al-Hilal, ikun qed jaqla’ €75 miljun aktar minn Ronalo. 

Bħalissa, Al-Hilal jinsabu fit-tielet post tas-Sawdi Pro League, tliet punti taħt il-leaders tal-klassifika, Al-Nassr. 

Ekonomija

Sport