Wednesday, April 24, 2024

L-ebda student ma jindarab wara nirien fi klassi fl-MCAST

Aqra wkoll

L-ebda student ma’ ndarab wara li aktar kmieni wara nofsinhar, tkebbsu xi nirien fil-kumpless tal-Informazzjoni, il-Komunikazzjoni u t-Teknoloġija fil-Kulleġġ Malti għall-Arti, ix-Xjenza u t-Teknoloġija (MCAST), ta’ Raħal Ġdid.

Kelliem għad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kkonferma li fortunatament is-sitwazzjoni ġiet kontrollata minnufih wara li saret evakwazzjoni minħabba dħaħen li dehru ħerġin minn klassi minnhom.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta mal-każ għadhom għaddejjin.

Sport