Wednesday, April 24, 2024

MeDirect iniedi prodott ta’ investiment onlajn ġdid u innovattiv imfassal biex jissodisfa l-ħtiġijiet tal-klijenti

Aqra wkoll

MeDirect, l-ewwel bank diġitali f’Malta, nieda l-ewwel u l-uniku servizz onlain ta’ immaniġġjar diskrezzjonali tal-portafoll fil-pajjiż, MeManaged, bi sħubija ma’ BlackRock, li hija l-akbar maniġer tal-assi fid-dinja.

Il-MeManaged, jista’ jiġi aċċessat mill-mobile app jew l-internet banking ta’ MeDirect. Biex il-klijenti jkunu jistgħu jibdew jużaw il-MeManaged, l-ewwel jiġu mitluba jirrispondu sett ta’ mistoqsijiet intuwittivi biex MeDirect jifhem is-sitwazzjoni finanzjarja tagħhom, l-ammont ta’ riskju li huma lesti li jieħdu u l-miri tal-investiment tagħhom. Fuq il-bażi ta’ dawn, jinħoloq profil ta’ riskju individwali u tiġi assenjata strateġija ta’ investiment speċifika għall-klijent. Wara li l-istrateġija tiġi maħluqa, din tiġi fdata f’idejn in-netwerk globali ta’ esperti finanzjarji ta’ MeDirect li jieħdu ħsiebha b’mod diliġenti u kontinwu, bi sħubija ma’ BlackRock.

Il-kont MeManaged jista’ jinfetah b’investiment minimu ta’ Eur2,000. L-investituri jistgħu jagħżlu li jkomplu jibnu dan il-portafoll billi jżidu minimu ta’ Eur100 kull xahar. Il-portafoll huwa ġestit bis-sħiħ minn MeDirect u l-klijenti jistgħu jsegwu l-prestazzjoni tiegħu permezz tal-mobile app jew l-internet banking ta’ MeDirect fuq bażi 24/7.

Matul Jannar u Frar, MeDirect se jkun qed iżid l-ammont investit mill-klijent b’investiment addizzjonali sa Eur200 fil-kont MeManaged.

Ingrid Micallef, Head – Products and Marketing Malta, ta’ MeDirect qalet: “Il-missjoni tagħna hija li nagħtu lill-klijenti kontroll fuq il-finanzi tagħhom billi nipprovdu l-aqwa għodod disponibbli. B’dan f’moħħna, żgurajna li l-MeManaged, is-servizz ta’ immaniġġjar tal-portafoll diskrezzjonali tagħna, huwa aċċessibbli għall-klijenti kollha billi nistabbilixxu ammonti raġonevoli ta’ investiment minimu u tariffi relattivament baxxi.”

Pawel Malukiewicz, Group Head – Channels and Customer Experience u Chief Product Officer qal: “Bil-MeManaged, qed inwasslu pilastru ieħor li jagħtik l-għodda li għandek bżonn biex timmaniġġja l-flus tiegħek bil-mod li trid int.  MeManaged huwa prodott fejn aħna nagħmlu x-xogħol kollu, sabiex inti tkun tista’ tqatta’ l-ħin tiegħek tiffoka fuq affarijiet oħra.”

Aktar informazzjoni dwar MeManaged, inkluż id-depositu addizzjonali li l-klijenti jistgħu jibbenefikaw minnu sat-28 ta’ Frar 2023, tinstab fuq il-paġna https://promo.medirect.com.mt/memanaged-top-up/. Termini u kundizzjonijiet japplikaw u jistgħu jinstabu fuq https://www.medirect.com.mt/wp-content/uploads/MeManaged-Top-Up-TCs.pdf 

MeDirect huwa l-Ewwel Bank Diġitali f’Malta u joffri lill-klijenti tiegħu aċċess għall-prodotti finanzjarji ewlenin fis-suq. Wieħed jista’ jsir klijent ta’ MeDirect u jiftaħ il-kont MeManaged billi jikklikkja fuq https://onboarding.medirect.com.mt/start. Għal aktar informazzjoni l-klijenti jistgħu jikkuntattjaw lil MeDirect Bank fuq 25574400 jew iżuru http://www.medirect.com.mt

MeDirect Bank (Malta) plc, bin-numru ta’ reġistrazzjoni C34125, huwa liċenzjat biex joffri servizzi bankarji skont it-termini tal-Att dwar il-Kummerċ Bankarju (Kap. 371) u servizzi ta’ investiment skont it-termini tal-Att dwar is-Servizzi ta’ Investiment (Kap. 370).

Din hija komunikazzjoni kummerċjali minn MeDirect Bank (Malta) plc’

Sport