Wednesday, March 27, 2024

Il-PA approvat disinn imtejjeb tal-boutique hotel f’Marsaxlokk li ngħatat permess fl-2018

Aqra wkoll

Il-Boutique Hotel approvata fl-2018 f’Kalanka Beach f’Delimara, Marsaxlokk se titnaqqas b’mod konsiderevoli fl-għoli, ikollha aktar spazji pubbliċi miftuħa u tqassim imtejjeb tad-disinn wara li l-Bord tal-Ippjanar approva dawn il-bidliet ta’ mitigazzjoni. Minkejja li hemm permess preċedenti, x-xogħlijiet għadhom ma bdewx. 

Is-sit bħalissa jikkonsisti f’bini mitluq, oriġinarjament lukanda li tmur lura għall-1950, li hija mibnija parzjalment fuq żewġ sulari, b’orjentazzjoni ta’ forma ta’ L, bil-ħarsa ewlenija tagħha li tagħti lejn iż-żona informali tal-parkeġġ. Il-lukanda tinsab fuq art li tkopri footprint ta’ madwar 4,844m², li tinkludi żona kbira u pavimentata, kif ukoll xi bini barra. 

Il-lukanda ta’ 18-il kamra se jkollha lounge area, bar, ristorant, pixxina fuq barra u faċilitajiet ta’ spa. 

Għalkemm bid-deċiżjoni tal-lum se jkun hemm żieda minima fit-teħid tal-footprint, il-Bord ħass li kien hemm ġustifikazzjoni biżżejjed minħabba li l-impatt viżwali tal-proġett ġie mtaffi b’suċċess bid-disinn il-ġdid. Permezz tat-tneħħija tal-livell tal-basement, il-proġett huwa aktar baxx fl-għoli ġenerali tiegħu u joqgħod aktar pulit mat-topografija tas-sit sensittiv. 

Il-Bord talab li l-iżviluppatur iżid li l-landscaping madwar il-proġett u li jitbaxxew il-ħitan tas-sejjieħ. 

Ekonomija

Sport