Il-partita bejn Como u Venezia kienet immarkata minn diversi kontroversji dwar il-kontroll tar-referee, Maria Sole Ferrieri Caputi.
Fl-ewwel taqsima, inizjalment hija saffret penalty favur Venezia għal għal hands ta’ Luis Milla fil-kaxxa, iżda wara intervent tal-VAR u reviżjoni fuq il-monitor bidlet id-deċiżjoni.
Ferrieri Caputi qalet li l-player ta’ Como ma kienx wettaq irregolaritá.
Wara l-partita, il-coach ta’ Como, Cesc Fabregas, ma qabilx, u ammetta li l-handball kien wieħed ċar u għaldaqstant ħelsuha ħafif.
Min-naħa l-oħra, il-coach ta’ Venezia, Davide Nicola, faħħar lil Caputi, iżda staqsa dwar dak li ġara wara l-intervent tal-VAR.
Jingħad, li l-kap tar-referees, Daniele Orsato, deher irrabjat fi tmiem il-partita.
Sadanittant, ix-xandira fuq it-televiżjoni kienet allegatament imtappna b’allegati kummenti sessisti indirizzati lejn Caputi, li ġew ikkundannati bil-qawwa kollha.





