Tuesday, April 30, 2024

Andy Mangion jirbaħ l-Enemed Plejer tax-Xahar ta’ Frar

Aqra wkoll

Il-plejer li jilgħab maċ-champions Maltin Luxol Futsal Andy Mangion hu r-rebbieħ tal-Enemed Plejer tax-xahar ta’ Frar 2023.

Mangion, li għandu 33 sena, għandu esperjenza vasta fil-qasam tal-futsal lokali hekk kif lagħab ma’ Todos, Floriana, San Ġwann u Ħamrun Spartans. Hu ngħaqad ma’ Luxol fl-istaġun 2016/2017 fejn magħhom rebaħ l-unuri kollha li joffri l-futsal Malti.

Ix-xahar ta’ Frar kien wieħed eċċezzjonali għall-plejer internazzjonali Malti, hekk kif skorja gowls importanti sabiex għen lit-tim tiegħu minn St Andrews jitla’ fl-ewwel post tal-klassifika tal-Enemed Futsal Premier League.

Il-preżentazzjoni lil Andy Mangion saret mill-president tal-FMA il-perit Mark Borg fejn apparti t-trofew, hu ngħata wkoll xi vouchers mingħand l-isponsors.

Sport