Thursday, April 18, 2024

Ferrovija tidħol f’xarabank tal-iskola fil-Brażil

Aqra wkoll

Kien mument terribbli meta ferrovija baqgħet dieħla f’xarabank tal-iskola b’25 student/a fiha. F’dan l-inċident traġiku li seħħ nhar ilbieraħ f’Jandaia so Sul, fl-istat ta’ Paraná fin-Nofsinhar tal-Brażil, mietu żewġt itfal ta’ 11 u 15-il sena, filwaqt li ndarbu ħames studenti u għalliem.

Iż-żewġ studenti ġew iddikjarati mejta fuq il-post tal-inċident.

Filmati drammatiċi tal-kameras ta’ sorveljanza qabdu l-mument li l-ferrovija daħlet f’xarabank tal-iskola. L-impatt tal-ħabta kien qawwi tant li mill-inqas erba’ studenti nbeżqu ‘l barra mix-xarabank.

L-investigaturi li marru fuq il-post għad iridu jistabbilixxu jekk kinitx ix-xarabank jew il-ferrovija li kienu qed jivvjaġġaw b’veloċità eċċessiva.

Il-karozza tal-linja kienet qed tittrasporta 25 student/a u tliet għalliema mal-Assoċjazzjoni tal-Ġenituri u Ħbieb tal-Persuni b’Diżabilità meta l-ferrovija daħlet fiha f’intersezzjoni.

Ekonomija

Sport