Wednesday, April 24, 2024

Angelo Ogbonna jista’ jdum xhur barra mill-azzjoni jista’ jdum xhur barra mill-azzjoni

Aqra wkoll

Id-difensur ta’ West Ham, Angelo Ogbonna, għamel ħsara fil-ligamenti tal-irkoppa waqt ir-rebħa tal-Premier League tal-Ħadd kontra Liverpool.

Ogbonna, 33 sena, kien imġiegħel joħroġ mill-ground b’injury f’għajnejh matul l-ew­wel taqsima, iżda wara lmenta minn skumdità f’irkopptu.

Scan li sarlu nhar it-Tnejn wera li d-difensur ċentrali tal-Italja, dejjem preżenti għall-Hammers fil-kampjonat dan l-istaġun, kien għamel ħsara lil Anterior Cruciate Ligament (ACL).

Huwa se jara speċjalista aktar tard din il- ġimgħa biex jiddetermina jekk għandux bżonn operazzjoni u żmien ta’ rkupru.

West Ham telgħu fit-tielet post tal-Premier League u anke għaddew għall-Aħħar 16 tal-Europa League meta għad fadlilhom żewġ logħbiet oħra.

Sport