Saturday, April 27, 2024

Alvaro Morata aktarx jitlaq lil Juventus

Aqra wkoll

Il-waqfa ta’ Alvaro Morata ma’ Juventus hija nċerta hekk kif il-Bianconeri jidhru li mhumiex lesti li jħallsu €35 miljun biex jagħmlu t-trasferiment tiegħu b’self wieħed permanenti fis-sajf.

L-internazzjonali Spanjol ingħaqad mal- Bianconeri b’kuntratt ta’ self b’għażla li jixtruh fl-2020. Huma ħallsu €20 miljun għal self ta’ sentejn u jistgħu jiksbuh għal kollox fi  tmiem l-istaġun għal €35 miljun.

Skond il-midja Taljana, Juventus mhumiex lesti li jħallsu l-miżata kollha u diġà bdew taħditiet ma’ Atletico Madrid biex ibaxxu t-talbiet ekonomiċi tagħhom.

Il-ġganti tas-Serie A ffirmaw ukoll lil Moise Kean mingħand Everton b’formula simili fis-sajf li għadda. L-internazzjonali Taljan irritorna Turin b’self ta’ sentejn b’valur ta’ €7 miljun u Juventus għandhom l-obbligu li jixtru lill-player ta’ 21 sena għal €28 miljun flimkien ma’ €3 miljun f’żidiet oħra.

Sport