Thursday, March 28, 2024

Il-familja ta’ Diego Maradona tħarrek lill-ex aġent tiegħu

Aqra wkoll

Il-familja ta’ Diego Maradona se tħarrek lill-ex aġent tiegħu, Stefano Ceci, għal kwistjonijiet ta’ copyright, żvela iben Maradona.

Napoli ħarġu kit speċjali biex jonoraw il-leġġendarju Nru. 10 tagħhom sena wara mewtu. Maradona miet minn attakk tal-qalb f’Tigre, l-Arġentina, fil-25 ta’ Novembru, 2020.

Il-kit għandu wiċċ Maradona stampat fuq quddiem, iżda Diego Junior, wieħed minn   ulied Maradona, qal li l-Partenopei qatt ma talbu l-awtorizzazzjoni mill-familja.

“Ma tajniex dawl aħdar lil din l-operazzjoni. Dak il-flokk huwa ta’ unur għalina, iżda jiddispjaċina li Napoli ma nvolvewniex,” qal Maradona Jr.

“Stefano Ceci ta l-awtorizzazzjoni, hu kien l-aġent ta’ missieri, iżda m’għadx għandu r-rwol tagħhom. Il-qraba tagħna huma l-uniċi li jistgħu jipprovdu dawn l-awtorizzazzjoni­jiet. Jidher stramb li club bħal Napoli ta kredibilità lil din il-persuna. Proċedimenti legali kontra Ceci diġà bdew fl-Arġentina,” assigura Maradona Junior.

Ekonomija

Sport