Monday, June 29, 2026

Animal Welfare t’Għawdex b’appell sabiex l-annimali jinżammu d-dar waqt il-festi 

Aqra wkoll

“Jekk jogħġbok ħalli l-annimal id-dar waqt il-festi u l-marċ tar-raħal. Ta’ kull sena naraw klieb fil-festi tar-raħal, waqt il-marċ ta’ filgħodu jew saħansitra għall-ispettaklu tan-nar. Filwaqt li jista’ jkun li dawn ikunu jidhru li qed jieħdu gost ma’ sidhom ir-realtà hija differenti ħafna għalihom”

Dan kien l-appell li wasslet l-Animal Welfare ta’ Għawdex, fejn enfasizzat fuq il-fatt li s-sħana waħedha tista’ tkun perikoluża, speċjalment matul il-lejliet tas-sajf meta t-toroq ikunu għadhom sħan. Hija qalet ukoll li minbarra hekk hemm il-problema tal-ħsejjes u toroq iffullati bin-nies. 

Animal Welfare spjegat li l-annimali ma jgawdux il-festa kif ingawduha aħna, għax l-annimali ma jifhmux iċ-ċelebrazzjonijiet. Hija appellat sabiex l-annimali fil-festa nħalluhom id-dar ħalli jħossuhom siguri. Wieħed jista’ wkoll iħallilhom fann, ilma frisk u l-affarijiet favoriti tagħhom, sabiex ikunu iktar trankwilli. 

Hija żiedet tgħid; “Li tkun tħobb lill-annimal domestiku tiegħek ma jfissirx li teħodhom kullimkien. Kultant, l-imħabba tfisser li tkun taf meta jkun l-aħjar li tħallihom fejn iħossuhom l-aktar siguri. Huma jiddependu fuqna biex nieħdu d-deċiżjonijiet it-tajba għalihom”

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport