Tuesday, June 30, 2026

Marsaxlokk jakkwistaw is-servizzi tal-attakkant Brażiljan ta’ 29 sena, Matheus Vieira da Silva

Aqra wkoll

Marsaxlokk akkwistaw is-servizzi tal-attakkant Brażiljan ta’ 29 sena, Matheus Vieira da Silva.

Matheus Silva ngħaqad ma’ FC Porto fil-Portugall minn età żgħira qabel ma rritorna l-Brażil fejn kien fil-kotba ta’ Coimbra, Real Ariquemes, Novorizontino, Comercial, Bangu, Cascavel, Nova Mutum, Avenina, Brasiliense u Real Noroeste.

Aktar tard lagħab ma’ Sai Gon FC fil-Vjetnam, Udon Thani u Suphanburi fit-Tajlandja, Nusantara Lampung fl-Indoneżja, Ravshan Kulob fit-Taġikistan, Olancho fil-Ħonduras, Garudayaksa FC, PSM Makassar u Persipura Jayapura fl-Indoneżja u Al-Zawraa SC fl-Iraq.

Ix-Xlukkajri, immexxija mill-kowċ Enzo Potenza, diġá ffirmaw lil Andrea Cassar, Lucas Caruana u Oleksiy Bykov u kkonfermaw lil Christoffer Mafoumbi, Joseph Minala, Leandro Aguirre, Dodo, Domantas Simkus, Rasmus Linden, Isaac Christie-Davies, Redon Mihana u Ulises Arias.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport