Antonio Conte jista’ jkun interessat fit-tmexxija ta’ Manchester United jekk il-club ikeċċi lil Michael Carrick, skont rapporti fil-midja. Il-United għaddew minn ħames logħbiet mingħajr rebħa, u issa żdiedet il-pressjoni fuq il-coach, għalkemm għalissa l-club mhux qed jippjana bidla.
Conte, li rebaħ il-Premier League ma’ Chelsea fl-2017 u s-Serie A ma’ Napoli fl-2025, diġà ta x’jifhem li jixtieq imexxi lit-team ta’ club storiku li tilef ftit mill-glorja tiegħu.
Il-coach Taljan ta’ 57 sena jrid jgħin lill-club biex jerġa’ jiġġieled għall-ogħla unuri.




