Thursday, October 15, 2026
Home Uncategorized Is-suspettat fil-każ tal-omiċidju fl-Imqabba hu John Cassar

Is-suspettat fil-każ tal-omiċidju fl-Imqabba hu John Cassar

0
19

Is-suspettat fil-każ ta’ omiċidju fl-Imqabba ġie identifikat bħala John Cassar, bin iż-żewġ vittmi involuti fl-inċident li seħħ il-Ħamis wara nofsinhar. Cassar għandu 47 sena u residenti s-Siġġiewi.

Mara ta’ 72 sena nqatlet, filwaqt li żewġha ta’ 74 sena ġarrab ġrieħi serji wara dak li l-Pulizija qalet li jidher li kien argument tal-familja f’residenza fi Triq Valletta.

Il-Pulizija sabet lir-raġel midrub barra mir-residenza u ħaditu l-Isptar Mater Dei għall-kura. Martu nstabet mejta ġewwa r-residenza.

Sorsi indikaw li l-mara setgħet ġiet attakkata b’tornavit.

Allegatament, wara l-inċident Cassar ħarab minn fuq il-post, bil-Pulizija tfittxu f’għalqa qrib il-kumpless ta’ Monte Kristo.

Aktar tard, wara negozjati, huwa ċeda ruħu lill-Pulizija. Il-kelliem għall-Pulziija, Brandon Pisani qal li Cassar ma rreżistix l-arrest u ħareġ waħdu wara negozjati ben ił-Pulzija u l-allegat aggressur.

John Cassar huwa wkoll ħu Roderick Cassar, raġel li nstab ħati ta’ qtil u li bħalissa qed jiskonta sentenza ta’ 40 sena ħabs għall-qtil ta’ martu, Bernice Cilia.

Il-Pulizija qed tittratta l-każ fl-Imqabba bħala omiċidju, filwaqt li l-Maġistrat Renata Farrugia qed tmexxi l-inkjesta.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here