Thursday, October 15, 2026
Home Sport Harry Kane jilħaq ftehim verbali ma’ Bayern Munich għat-tiġdid tal-kuntratt

Harry Kane jilħaq ftehim verbali ma’ Bayern Munich għat-tiġdid tal-kuntratt

0
42

Harry Kane laħaq ftehim verbali biex jestendi l-kuntratt tiegħu ma’ Bayern Munich sal-2029. 

L-attakkant Ingliż, li skorja 50 goal din is-sena kalendarja, qed jitqies bħala kandidat għall-Ballun tad-Deheb, filwaqt li Barcelona kienu qed isegwu s-sitwazzjoni tiegħu. 

Kane ngħaqad ma’ Bayern mingħand Tottenham fl-2023 għal madwar £100 miljun. Huwa skorja 100 gowl fil-Bundesliga fi 98 partita biss u laħaq 125 dehra mat-team nazzjonali Ingliż.

 Id-dettalji finanzjarji tal-ftehim il-ġdid għadhom ma ġewx żvelati.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here