L-eks coach tat-team nazzjonali Ingliż, Sir Gareth Southgate, eskluda ritorn fil-Premier League, u ammetta li lejn tmiem il-kariga tiegħu mal-Ingilterra kien tilef il-pjaċir u l-passjoni saħansitra anke meta kien jirbaħ.
Southgate rriżenja wara t-telfa kontra Spanja fil-finali tal-Euro 2024 u minn dak iż-żmien ilu ’l bogħod mill-football. L-aħħar darba li mar fi ground kien f’Mejju tal-2025, meta ra lil Crystal Palace jirbħu l-FA Cup.
Huwa qal li qed jgawdi l-ħajja barra l-football, wara 37 sena li fihom kien jiddependi mir-riżultati. Matul dan il-perjodu esplora oqsma ġodda, iltaqa’ ma’ politiċi u persuni mill-midja, u tgħallem dwar it-tmexxija.




