Tmut il-mara li laqqtet daqqiet ta’ arma bil-ponta

Aqra wkoll

Il-Kelliem għall-Pulizija Brandon Pisani kkonferma mal-midja li l-mara ta’ 72 sena ġie ċċertifikata mejta. 

Ir-raġel għandu 74 sena u jinsab l-isptar.

Aktar kmieni: Raġel jagħti daqqiet ta’ arma bil-ponta lil żewġ persuni

Dan is-sit jista’ joħroġ aktar dettalji dwar dak li qiegħed iseħħ fl-Imqabba bħalissa.

Sorsi qrib dan is-sit qalulna li iben beda jagħti daqqiet ta’ arma u bil-ponta lil mara li x’aktar tiġi ommu u lill-missieru. Bħalissa l-pulizija għaddejja bit-tfittxija għalih.

Il-missier iddaħal l-Isptar Mater Dei jsofri minn ġrieħi filwaqt li l-omm tinsab fil-periklu tal-mewt. Is-sorsi fuq il-post qalulna li hu diffiċli ħafna li l-omm tgħix.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport