Tuesday, December 24, 2024

Anzjan ikkundannat sentejn ħabs fuq traffikar ta’ persuni mill-Indja 

Aqra wkoll

Anzjan ta’ 67 sena residenti Ħad-Dingli ġie kundannat sentejn ħabs wara li tressaq il-Qorti mixli li ttraffika persuni mill-Indja u li għamel dikjarazzjonijiet foloz. 

Quddiem il-Maġistrat Monica Vella, il-Prosekuzzjoni spjegat li l-akkużat, li. ismu ma jistax jixxandar fuq orndi tal-Qorti allegatment daħħal f’Malta b’mod illegali għadd ta’ Indjani biex jaħdmu f’xi wieħed minn tliet ristoranti li l-kumpanija tiegħu suppost qed topera.

Il-Prosekuzzjoni qalet ukoll li fil-bidu tax-xahar ta’ Lulju, huma rċivew rapport minn Jobsplus u Identità, li kien jgħid li l-akkużat kellu iktar nies milli suppost u li dawn kienu imniżżlin kollha bħala ħaddiema tiegħu. 

Meta ġew mistoqsija mill-Pulizija, dawn il-ħaddiema spjegaw li raw reklami f’pajjiżhom li l-kumpanija tal-akkużat kienet qed tfittex għal waiters u fattigi, fost xogħlijiet oħra. Irriżulta li ħafna minn dawn il-ħaddiema kellhom permess ta’ residenza f’Malta imma ma kinux qegħdin jaħdmu ma’ din il-kumpanija. 

Min-naħa tagħha, id-Difiża irrimarkat li l-akkużat l-akkużat għandu fedina penali nadifa u li dan mill-ewwel ikkopera mal-awtoritajiet u ammetta fi stadju bikri. Wara li semgħet is-sottomissjonijiet, il-Maġistrat Vella kkundannat lill-akkużat sentejn ħabs. 

Wara li ġie mogħtija s-sentenza ta’ priġunerija, id-Difiża għamlet talba sabiex l-akkużat ma jitħalliex fi sħanat kbar u li jkun segwit minħabba li hu diabetiku. 

Ekonomija

Sport