Anzjan ta’ 80 sena tilef ħajtu wara li fit-23 ta’ Ġunju, għall-ħabta tas-7.00am sofra xi ħruq wara splużjoni x’aktarx ikkawżata minn ħruġ ta’ gass fi triq Qantar fis-Swieqi.
Il-vittma kien ingħata l-għajnuna minn tim mediku sakemm ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza għal aktar kura. Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kienu wkoll fuq il-post sabiex jassistu.
L-inkjesta maġisterjali u l-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.
23 ta’ Ġunju- Anzjan fil-periklu tal-mewt wara li sofra ħruq fi splużjoni
Anzjan ta’ 80 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara li għall-ħabta tas-7.00am sofra xi ħruq wara splużjoni x’aktarx ikkawżata minn ħruġ ta’ gass.
Il-Pulizija fi stqarrija qalu li huma ġew imsjħa f’garaxx fi Triq Qantar, is-Swieqi.
Il-vittma ngħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġie ċċertifikat bi ġrieħi serji. Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kienu wkoll fuq il-post sabiex jassistu.
Il-Maġistrat Dr. Antoine Agius Bonnici LL.D. kien infurmat bil-każ u ħatar inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin