Monday, April 29, 2024

Anzjan jindarab gravi f’ħabta fiż-Żurrieq

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Anzjan sofra minn ġrieħi gravi wara li lbieraħ filgħodu għall-ħabta tad-9:15 a.m kien involut f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq il-Wied fiż-Żurrieq.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Ford Fiesta; misjuqa minn żagħżugħa ta’ 21 sena residenti s-Siġġiewi, u Toyota Belta, misjuqa mill-anzjan ta’ 74 sena residenti Ħal Qormi.

Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin. 

Sport