Thursday, December 26, 2024

Applikazzjoni ta’ Victoria Hotspurs biex isiru membru tal-Malta Football Association

Aqra wkoll

F’Settembru 2023, Victoria Hotspurs F.C. ippreżentaw applikazzjoni lill-Malta Football Association (MFA) fejn talbet li l-Klabb isir membru ġdid tal-MFA u jibda jipparteċipa fil-MFA Amateur League mill-istaġun 2024-2025. L-applikazzjoni tressqet b’konformità stretta mar-regoli u r-regolamenti kollha tal-MFA.

Sfortunatament, għalkemm gfiaddew aktar minn ħames xhur mis-sottomissjoni tal-applikazzjoni ta’ Victoria Hotspurs, il-Bord Eżekuttiv tal-MFA għadu ma poġġiex din it-talba fuq l-aġenda tal- Assemblea Ġenerali gfiad-deċiżjoni finali tagħha. Fil-fatt, u bla ebda bażi, il-Bord Eżekuttiv tal- MFA talab lil Victoria Hotspurs F.C. li jirtira s-sħubija tiegħu fi fidan il-Gozo Football Association (GFA) qabel din l-applikazzjoni tmur għall-vot tal-Assemblea.

Victoria Hotspurs F.C. diġà infurmat lill-MFA li ma jistgfiux jaċċettaw tali kundizzjoni tal-MFA peress li xejn fl-istatut tal-MFA ma jindika din id-direzzjoni u li l-GFA ma għandha l-ebda standing jew kompetenza fuq l-applikazzjoni tal-Klabb biex isir membru tal-MFA – anke jekk il-Klabb applikant jigi mill-gżira ta’ Għawdex stess. Il-pożizzjoni ta’ Victoria Hotspurs F.C kienet, u tibqa’, li huwa dritt fundamentali tagħhom li l-Klabb jipparteċipa fil-kampjonat nazzjonali ta’ pajjiżhom stess u li japplikaw għas-sħubija fi ħdan l-MFA mingħajr l-involviment tal-GFA u mingħajr ebda kundizzjoni li mhumiex applikati għal Klabbs Maltin ofira. Kwalunkwe pożizzjoni mill-MFA għall- kuntrarju ta’ dan ser tigi interpretata mill-Victoria Hotspurs F.C. bħala aġir arbitrarju u diskriminatorju lejn il-Klabb. Victoria Hotspurs F.C. hija lesta li tissalvagwardja d-drittijiet fundamentali tagħha f’fora internazzjonali bħall-UEFA u l-Qorti tal-Arbitraġġ tal-Isport (CAS) u mhux ser toqgħod lura milli tirrikorri għalihom jekk u meta jkun meħtieg. Għal dan il-għan, Victoria Hotspurs F.C. hija rappreżentata minn ditta legali internazzjonali ewlenija u speċjalizzata fil-liġi internazzjonali tal-isport.

Matul ix-xhur li għaddew il-Klabb żamm din il-kwistjoni mal-MFA strettament kunfidenzjali b’rispett lejn in-natura u s-sensittività tas-suġġett. Madankollu, wara informazzjoni skorretta ddikjarata waqt l-aħħar laqgħa tal-Kunsill tal-GFA, il-Klabb issa huwa tal-fehma li l-affarijiet għandhom jiġu għall-attenzjoni tal-pubbliku ġenerali – speċjalment meta wieħed iqis li l-GFA tista’ tieħu deċiżjoni potenzjalment arbitrarja u drastika kontra Victoria Hotspurs F.C. li hija mingħajr ebda bażi u li jħalli lill-Klabb ebda għażla oħra ħlief li jfittex rimedju legali u finanzjarji kontra l- GFA.

Finalment, Victoria Hotspurs F.C. jerġgħu jenfasizzaw d-dritt tagħhom li jipparteċipaw fil- kampjonat nazzjonali ta’ pajjiżhom stess u li japplikaw biex isiru membru tal-MFA mill-istaġun tal- futbol li jmiss. Bir-rispett kollu, il-Klabb ikompli jappella lill-MFA sabiex l-applikazzjoni tagħha titpoġġa fuq l-aġenda tal-Assemblea Ġenerali mingħajr aktar dewmien u kundizzjonijiet li jwasslu għall-eskalazzjoni għall-fora internazzjonali.

Victoria Hotspurs F.C. jibqa’ miftuħ għal kull djalogu mal-MFA u li s-sens komun jirbaħ mingħajr ma jikkompromettu l-ittra u l-ispirtu tar-regolamenti tal-istess MFA.

Ekonomija

Sport