Thursday, April 18, 2024

ARA: “Bdejna xhur ilu imma kollox jingħaqad fi ftit jiem minħabba li l-fjuri huma friski u jinxfulek”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Aktar kmieni llum, il-Kumitat Festi Esterni tal-Bażilika ta’ San Pawl fir-Rabat flimkien mal-grupp tal-infjorata taħt id-direzzjoni ta’ Christoper Calleja preparaw l-infjorata.

Dan is-sit tkellem ma’ Calleja li spjegalna dwar il-proċess. Dwar id-disinn, huwa qalilna li fassluh fuq it-tema taż-żjara tal-Papa Franġisku u inkludew ukoll l-festa ta’ Corpus għax hija l-festa prinċipali fil-lokalità.

YouTube video

Calleja spjegalna dwar is-sodisfazzjon ta’ grupp ta’ nies b’mod speċjali dawk l-iżgħar fl-età li fl-opinjoni tiegħu huma l-aktar importanti għax huma l-ġenerazzjoni ta’ għada biex tkompli titkattar il-kultura Maltija.

Calleja qalilna dwar id-diffikultà li tibda t-tħejjija minn qabel għax l-fjuri huma friski u għalhekk diffiċli biex tinżamm fi stat tajjeb għal ċertu jiem. Kollox jibda fi ftit jiem fejn prattikament minkejja t-tfassil li beda minn xhur ilu, fl-aħħar jiem grupp ta’ madwar 30 persuna ħarġu b’din l-infjorata li għada tiżżarma kollha, u terġa’ tintrama għada quddiem il-Knisja biex filgħaxija jgħaddi s-sagrament minn fuqha.

Ekonomija

Sport