Tuesday, May 7, 2024

ARA: Fil-Messiku koppja tmut ftit tal-ħin wara li tħabbret sorpriża għal għeluq snin il-mara

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

Koppja tilfet ħajjitha traġikament, filwaqt li t-tifla tagħhom sofriet ġrieħi serji ftit wara li rikbu bużżieqa tal-arja sħuna fit-tramuntana tal-Belt fil-Messiku, hekk kif kienu ppjanaw sorpriża għal omm it-tifla. Għalhekk Jose Nolasco ta’ 50 sena u martu Viridiana Becerril ta’ 39 sena tilfu ħajjithom traġikament fit-traċedja li seħħet nhar is-Sibt li għadda.

Mingħajr ebda ħsieb dak il-ħin, it-tifla qabżet mill-bużżieqa sabiex issalva lilha nnifisha. Fuq il-post issejjaħ tim mediku, li ħa lit-tifla tal-vittmi, Regina Itzani fl-Isptar fil-viċinanzi tal-Messiku. Aktar tard irriżulta li t-tifla qegħda ssofri minn ħruq kbir u li kellha driegħha miksur.

Reyna Gloria Sarmiento, in-nanna tat-tifla f’kumment li tat lil midja Messikana li minbarra t-trawma li għaddiet minnha, għadha trid tiġi nfurmata lil -ġenituri tagħha tilfu ħajjithom traġikament fl-istess post fejn hi rnexxielha ssalva.

Fuq il-midja soċjali, ittellgħu filmati minn dawk in-nies li kienu qegħdin fuq il-post fejn bl-Ispanjol instemgħu jgħidu; “Alla tiegħi, hemm in-nies qed jaqgħu minn hemm fuq” .

Rigward din it-traċedja, għaddejja investigazzjoni mill-pulizija Messika. L-ewwel rapporti lokali sa issa qalu li din tista’ tkun marbuta ma’ ħsara fis-sistema tal-ħażna tal-fjuwil.

Sport