Dalgħodu, il-Kamra tal-Kontroll tal-Protezzjoni Ċivili Malta rċeviet telefonata li kien hemm għawwiema fil-periklu f’Baħar iċ-Ċagħaq.
Ir-RHIB Delta 2 minn stazzjon 5 u uffiċjali mill-istazzjon 11 ġew mibgħuta immedjatament u salvaw lill-għawwiema fil-periklu. Il-mara ttellgħet l-art b’mod sigur u ttrasferita lit-Tim tal-Emerġenza fl-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza.
Il-Protezzjoni Ċivili Malta irringrazzjat lill-Korp tal-Pulizija ta’ Malta, Transport Malta, u lid-Dipartiment tal-Emerġenza tal-Isptar Mater Dei għall-assistenza tagħhom f’din il-ħidma konġunta.