Saturday, October 19, 2024

ARA: Ifaqqsu 32 fekruna mill-ewwel bejta ta’ din is-sena

Aqra wkoll

Kien għall-ħabta tas-1.00am meta wara jiem sħaħ ta’ stennija faqqsu 32 fekruna li huma kollha mill-ewwel bejta ta’ din is-sena.

Wildlife Rescue Team Malta kitbu fuq il-midja soċjali li matul din il-ġimgħa kien hemm sinjali li l-proċess biex ifaqqsu kien beda, iżda dan seta’ ħa mill-inqas 7 ijiem biex il-proċess kollu jintemm.

B’kollox il-fkieren damu sagħtejn u nofs biex faqqsu u niżlu fil-baħar. Il-fekruna kienet biedet il-bajd tagħha fil-15 ta’ Ġunju li għadda u l-fkieren damu biex faqqsu 57 ġurnata.

Il-bejta se tkompli tkun imħarsa mill-voluntiera tal-Widelife rescue Team Malta, rappreżentanti tal-ERA u uffiċjali tal-Malta Ranger Unit.

Sport