Monday, April 29, 2024

ARA: “Iljieli waħdi biss min jaf kemm bkejt, għalfejn tibqa’ tgħid li tħobbni għid?”

Kapitlu Tlettax b'diska ġdida - Relazzjoni li tintemm imma fil-verità l-imħabba ma tispiċċa qatt

Aqra wkoll

YouTube video

Nibqa’ Nammirak. Frażi li tingħad u tinkiteb ta’ spiss, f’kuntesti differenti. Issa, proprju mil-lum 3 ta’ Novembru, hija wkoll it-titlu ta’ kanzunetta oriġinali, xogħol il-grupp tal-hip hop Malti Kapitlu Tlettax, li għall-ewwel darba qegħdin jintroduċu fix-xena tal-mużika lokali lil artista femminili Christina Zahra, magħrufa aħjar bħala Ayce.

Permezz ta’ filmat qasir ippubblikat fuq il-paġni tal-midja soċjali lura fl-24 t’Awwissu, huma stqarru d-diskors “konna qegħdin naħdmu fis-silenzju” u komplew bi sfieq jipperezzjonaw il-ħoss awtentiku tagħhom. B’lirika ta’ Joseph Mario Calleja, risponsabbli minn diversi kanzunetti fir-repertorju ta’ Kapitlu Tlettax, Nibqa’ Nammirak titkellem dwar id-diffikulta’ li wieħed jista’ jsib biex joħroġ minn relazzjoni, storja vera, esperjenza ta’ xi ħadd pjuttost viċin tal-awtur.

Ir-rilaxx ta’ Nibqa’ Nammirak huwa l-ħames wieħed għas-sena 2023, wara Tibkix, kollaborazzjoni ma’ Aleera de Lune, Patrick Gaffiero, Krista Bajada kif ukoll Maria Cini; Wiċċ B’Ieħor, kollaborazzjoni ma’ Julie Pomorski li waslet mal-20 semifinalist ta’ Mużika Mużika 2023; Żerriegħa ta’ Mħabba, proġett ddedikat lil Madonna tad-Duttrina f’Ħal Tarxien kif ukoll Kreattività tal-Pastizzi, kollaborazzjoni ma’ Grecia Bezzina li kienet finalista fl-Għanja tal-Poplu 2023.

“Qomna flimkien u lanqas biss nafu ‘il xulxin, vers li mill-ewwel itik x’tifhem li hemm nuqqas ta’ informazzjoni f’din ir-relazzjoni, frott l-immaġni ta’ lejl wieħed ta’ pjaċir,” jgħid Joseph Mario Calleja filwaqt li jżid jgħid, “nittama li permezz ta’ din il-kanzunetta nkomplu nagħtu nifs ġdid lil hip hop Malti, anke grazzi għal Christina li magħha ħa nkunu qegħdin naħdmu fuq proġetti oħra fil-xhur li ġejjin.”

Jekk tixtiequ tisimgħu Nibqa’ Nammirak, intom tistgħu tagħmlu dan, hawn:

http://facebook.com/kapitlutlettax.

Il-kanzunetta għandha produzzjoni ta’ Cyprian Cassar minn Somnio Recording Studios, bi promozzjoni t’Ironic PR & Artist Management.

Sport