Sunday, December 22, 2024

ARA: “Kommessi li nkomplu nibnu magħkom soċjetà aktar ġusta”

Il-Ministru tal-Ġustizzja dwar l-2023 u l-viżjoni tal-2024

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

“Kommessi biex fis-sena l-ġdida, flimkien magħkom inkomplu nwettqu miżuri bħal qatt qabel biex tassew inwasslu ġustizzja aktar effiċjenti”. Iddikjara dan il-Ministru għall-Ġustizzja Jonathan Attard fil-messaġġ tiegħu hekk kif ninsabu fuq l-għatba ta’ sena ġdida.

Il-Ministru Attard elenka numru ta’ riformi li għaddejja ħidma fuqhom, liema ħidma se tkompli tħalli frott mis-sena li ġejja. Fost dawn huwa semma dik tal-kumpilazzjonijiet, ta’ rikavat mill-kriminalità u tal-kummerċ. Semma kif se tkompli l-konsultazzjoni pubblika dwar il-qasam tal-inkjesti, tal-familja, tad-droga u anke r-riforma tat-tieni ċans.

Fejn tidħol l-infrastruttura, fil-ġimgħat li ġejjin se titlesta awla oħra tal-ġurijiet, se tiġi restawrata l-faċċata tal-Qorti u se tibda l-ħidma fuq binja ġdida separata bi tliet awli tal-ogħla livell.

Qalb il-ħidma sfieqa tiegħu, il-Ministru rrimarka kif bħalissa l-Qorti għandha l-ikbar ammont ta’ ħaddiema li qatt kellha fl-istorja b’aktar minn 500 ħaddiem li jirriflettu l-investiment li sar fit-taħriġ tagħhom.

“Ħdimna lejn ġustizzja aktar effiċjenti billi komplejna nibdlu u ntejbu l-liġijiet. Nemmnu f’soċjetà fejn kulħadd huwa kontabbli ta’ għemilu imma nemmnu wkoll f’soċjetà ġusta. Awguri lilkom u lill-għeżież tagħkom”, tenna l-Ministru Attard.

Sal-bieraħ stess, il-Ministru ħabbar li l-ammont ta’ salarju jew paga mhux sekwestrabbli se jkun qiegħed jiżdied minn €698.81 għal €1,233 fix-xahar. Huwa qal li din ir-reviżjoni hija msejsa fuq il-fatt li l-ammont stabbilit fl-1995 mhuwiex qiegħed joffri ħajja diċenti u dinjituża tant li attwalment l-ammont mhux sekwestrabli qabel huwa saħansitra anqas mill-paga minima.

Ekonomija

Sport