Tuesday, December 24, 2024

ARA: Ministru Ukren fost 18-il persuna mejta wara li ġġarraf ħelikopter f’Kyiv

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

Minn tal-inqas 18-il persuna tilfu ħajjithom filwaqt li 22 persuna – fosthom għaxart itfal – qed jiġu rikoverati l-isptar wara li ġġarraf ħelikopter qrib skola mimlija tfal żgħar f’Kyiv. Ikkonferma dan uffiċjal għoli tal-Pulizija, Igor Klymenko.

Il-midja Ingliża Daily Mail qalet li skont aġġornamenti li saru matul il-ħin ta’ dalgħodu, in-numru ta’ persuni midruba tela’ għal 29 fejn 15 minnhom huma tfal. L-età ta’ dawn it-tfal għadha mhix konfermata, però x’aktarx li tvarja bejn xahrejn u seba’ snin.

Fost il-vittmi kien hemm tlett itfal ta’ età tenera kif ukoll id-disa’ persuni abbord il-ħelikopter – inkluż il-Ministru Ukren għall-Intern Denis Monastyrsky, flimkien mad-Deputat Ukren Yevhen Yenin u s-Segretarju tal-Istat Ukren Yura Lubkovich.

Fil-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti lill-passiġġiera li kienu involuti f’dan l-inċident, però sfortunatament huma kienu ċċertifikati mejta fuq il-post. Dan kien ikkonfermat minn uffiċjal tal-Ministeru għall-Intern, Anton Gerashcenko, li ssuġġerixxa illi t-tiġrif tal-ħelikopter seta’ kien sabutaġġ min-naħa tar-Russi.

F’filmati li ċċirkolaw fuq il-midja soċjali wrew bini li beda jieħu n-nar flimkien ma’ għadd ta’ nies iwerżqu sforz il-paniku li nħakmu minnu. Apparentament, il-fjammi tan-nirien komplew jinfirxu f’żoni oħra.

Ekonomija

Sport