Wednesday, April 24, 2024

Australian Open: Il-Britannika Emma Raducanu eliminata

Aqra wkoll

L-avventura ta’ Emma Raducanu fl-Australian Open ġiet fit-tmiem tagħha hekk kif fit-tieni round sfat megħluba mill-Amerikana, Coco Gauff, 6-3 7-6. 

F’ħames Slams minn meta rebħet b’mod maġiku l-US Open kontra kull mistenni, iż-żagħżugħa ta’ 20 sena minn Bromley sabet il-ħajja tennistika mill-aktar diffiċli, tant, li qatt ma kienet fost il-protagonisti. 

Hija kienet ukoll sfortunata li kellha tiltaqa’ mal-player li hija rrankjata fl-10 post mondjali. 

Din it-telfa ma kinetx umiljazzjoni għall-Britannika – li dehret ta’ spiss tmiss in-naħa tax-xellug ta’ żaqqha minħabba fastidju muskolari. 

Min-naħa ta’ Gauff, din tidher li se jkollha futur brillanti quddiemha. Mit-telfa tal-finali tal-Open ta’ Franza kontra Iga Swiatek, hija qatt ma ħarset lura u qed titjieb b’mod konsiderevoli … u ma tkun l-ebda sorpriża li tasal sal-finali ta’ dan it-tournament. 

Sport