Wednesday, April 24, 2024

Table Tennis: HITT Academy Tibhar jiksbu l-ikbar rebħa tal-ġurnata

Aqra wkoll

HITT Academy Tibhar kisbu l-ikbar rebħa tal-ġurnata fil-kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni tat-table tennis meta għelbu lil Mosta Gunners bl-iskor ta’ 6-0. Kif jindika l-iskor Tibhar kienu ferm aħjar mill-avversarji fejn minkejja li ppruvaw sabuha ferm diffiċli.

Top Spin Table Tennis Academy Andro sofrew l-ewwel telfa tal-istaġun wara li ġew megħluba minn Alpha Gewo 4-3.

Mill-banda l-oħra, Academy Kyte Consultants u Butterfly kisbu skors identiċi ta’ 4-2 kontra Academy Valletta u Academy Roxon rispettivament.

Fil-kampjonat tat-tieni diviżjoni, Alpha Calleja Ltd kisbu t-tieni rebħa staġjonali wara li għelbu lil Butterfly Rozena 6-0.

Academy ITX u Academy Supercores kellhom rebħiet identiċi ta’ 4-2 kontra Academy Legends u Table Tennis Bluefire rispettivament.

MITTC Angela Bajada u Academy Hexer wkoll kellhom rebħa ta’ 5-1 kontra Alpha Sensus u Academy FXP rispettivament.

Mit-tielet diviżjoni spikkaw ir-rebħiet kbar ta’ Alpha Neoflex 6-0 fuq Table Tennis Bluestorm u Alpha Dynatec 5-1 kontra Alpha Flexxon.

Academy Fraser sfaw megħluba minn Top Spin Academy Novacell 4-2.

Finalment mir-raba’ diviżjoni, Kindred u Academy Kanter kisbu rebħiet ta’ 4-2 kontra Academy Skelton u Academy Omagaed.

Academy Beta kisbu riżultat pożittiv ta’ 5-1 kontra MITTC Special Olympics filwaqt li Academy Sports Experience għelbu lil Alpha Codexx 6-0.

Sport