Tuesday, April 30, 2024

ARA: Ta’ 99 sena twettaq “il-ħolma ta’ ħajjitha” li tieħu sehem f’ċirku fejn jitfgħulha skieken lejha

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Anzjana ta’ 99 sena wettqet dik li sejħitilha bħala “l-ħolma ta’ ħajjitha” meta ħadet sehem fi spettaklu live taċ-ċirku fejn intefgħu skieken fid-direzzjoni tagħha. 

Annie Duplock minn Sharnford, Leicestershire, li fi żmien tliet xhur tagħlaq 100 sena, kienet parti mill-gran finale taz-Zippo Circus li ttella’ f’Coventry il-Ġimgħa li għadda.

Wara l-ispettaklu, hija qalet li “ħadet pjaċir ħafna” b’din l-esperjenza. Hija kienet ukoll ikkonvinċiet lill-eks imgħallem tagħha, li huwa l-fundatur taċ-ċirku Martin Burton, biex iħalliha tieħu sehem. 

Fil-kummenti tiegħu, is-Sur Burton qal: “Annie ħadmet għalija 30 sena ilu, twaħħal il-posters. Dak iż-żmien kellha 70 sena u f’Awwissu tagħlaq 100 sena.” Huwa qal lill-udjenza li l-eks impjegata tiegħu kienet rat l-ispettaklu l-lejl ta’ qabel u talbet biex ikun parti minnu qabel tagħlaq il-100 sena. 

Wara l-prestazzjoni, l-anzjana qalet: “Dejjem xtaqt li jitfgħu s-skieken lejjha. Lesta għal li jmiss.” 

Sport