Thursday, April 25, 2024

Ara: Tingħata l-aħħar tislima liċ-ċkejken Juan

Maria Azzopardi
Maria Azzopardi
Ġurnalista

Aqra wkoll

Illum wara nofsinhar ingħatat l-aħħar tislima liċ-ċkejken Juan Magri li sfortunatament ħalla din id-dinja jumejn ilu fl-età tenera ta’ ftit aktar minn xahrejn.

Puttinu Cares qalu li minkejja li daqshekk fraġli u żgħir, huwa ġġieled b’tant kuraġġ filwaqt li ddeskrivewh bħala tarbija b’wiċċ bħall-anġli.

YouTube video

Illum missier Juan, Antoine Magri, ħalla messaġġ emozzjonanti indirizzat lil martu fejn fih qalilha li l-uġigħ jitlaq, il-memorji jibqgħu.

“Minkejja li żammejna liċ-ċkejken tagħna Juan, għal ftit żmien biss, aħna ħabbejnih u xorta qsamna xi memorji flimkien. Issa wasal ż-żmien li nsellmulu hekk kif imur f’post aħjar fejn se jkun maħbub. Hemm in-nannu Toni tiegħu jistennih fil-bieb u lest biex jagħtih l-imħabba u l-affezzjoni kollha li ma setax jagħtini.”

“Xejn mhu se jkun qatt l-istess, imma l-affarijiet se jmorru biss għall-aħjar. Jien se nkun miegħek kullimkien u f’kull ħin. Inħobbok u taf li int, Hazel u Juan tinsabu f’post speċjali ġewwa qalbi. Kif dejjem ngħidlek, se nkun maġenbek sal-aħħar nifs.”

Ritratt: iCreatemotion Photography

Sport