Friday, April 26, 2024

ARA: Żewġ sewwieqa jeħilsuha ħafif f’ħabta f’Tal-barrani

Aqra wkoll

Triq tal-Barrani direzzjoni lejn in-naħa t’Isfel tal-Pajjiż kellha tingħalaq għat-traffiku għal xi ħin ilbieraħ waranofsinhar minħabba inċident.

L-inċident li seħħ għall-ħabta tal-4:30 p.m kien jinvolvi żewġ vetturi tal-għamla Mazda Demio misjuqa minn żagħżugħ ta’ 23 sena residenti l-Ħamrun u Volgswagen Golf misjuq minn żagħżugħ ta’ 26 sena residenti Ħal Tarxien. Fl-ewwel karozza kien hemm passiġġier ta’ 27 sena residenti l-Ħamrun.

Kawża tal-impatt kellhom jissejħu uffiċjali mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili biex jassistu fuq il-post.

Fil-post issejħu wkoll tim mediku mill-Isptar Mater Dei u ambulanzi li ħadu lit-tliet persuni għal iktar attenzjoni medika. Aktar tard iż-żewġ sewwieqa ġew iċċertifikati li sofrew ġrieħi ħfief. Min-naħa l-oħra, il-kundizzjoni tal-passiġġier għadha pendenti.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Aktar dettalji dalwaqt…

Sport