Tuesday, December 24, 2024

Arrestata l-mara li nqabdet tisraq minn ħanut f’Wied il-Għajn…

... allegatament wettqet serqa oħra ftit sigħat wara fil-Marsa

Aqra wkoll

Mara ta’ 30 sena residenti Birkirkara, ġiet arrestata mill-Pulizija immedjatament wara li allegatament wettqet żewġ serqiet, l-ewwel minn ħanut f’Wied il-Għajn u wara minn ħanut fil-Marsa.

Waqt li l-Pulizija kienet qiegħda tinvestiga s-serqa li seħħet is-Sibt waranofsinhar fi Triq il-Qaliet, Wied il-Għajn, għall-ħabta tas-sitta ta’ filgħaxija, il-pulizija kienet infurmata li kienet qiegħda sseħħ serqa oħra f’ħanut tal-logħob fi Triq Ħal Qormi, il-Marsa.

Il-Pulizija marret fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li persuna mgħammda, allegatament armata b’sikkina u b’oġġett iebes, daħlet fil-ħanut u talbet il-flus lill-kaxxiera. Kien f’dan il-mument li intervjenew xi persuni li kienu fil-ħanut u rnexxielom jżommu lill-ħalliela, filwaqt li ftit mumenti biss wara waslu l-Pulizija u arrestawha.

Il-Pulizija mill-ewwel identifikat il-mara, li allegatament hija l-istess waħda li ftit ħin qabel wettqet serqa simili f’Wied il-Għajn. Hija qiegħda tinżamm mill-Pulizija, waqt li l-investigazzjonijiet fuq iż-żewġ każijiet għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport