Wednesday, April 24, 2024

Arsenal u Aston Villa jesprimu l-interess tagħhom f’Paul Onuachu

Aqra wkoll

Arsenal u Aston Villa huma l-aħħar clubs li esprimew l-interess tagħhom li jakkwistaw lill-attakkant ta’ Genk, Paul Onuachu.

Il-player ta’ 27 sena, ġie marbut ma’ ċaqliq ‘il bogħod mill-club Belġjan, bi  clubs bħal West Ham United, Tottenham Hotspur, Atletico Madrid u Borussia Dortmund kollha maħsuba li qed isegwu s-sitwazzjoni tiegħu.

It-team ta’ Mikel Arteta u Villa issa daħlu fit-tellieqa għall-firma tan-Niġerjan u se jikkunsidraw li jagħmlu offerta għall-attakkant f’Jannar.

Onuachu hu maħsub li għandu ‘ħolma li jilgħab f’Londra’ u fil-Premier League, u għalhekk jidher li jingħaqad mal-Gunners iktar milli mal-Villains, filwaqt li din l-ammirazzjoni tappella wkoll kemm lil West Ham kif ukoll lil Spurs.

L-attakkant fadallu tliet snin fil-kuntratt attwali tiegħu fiċ-Cegeka Arenaand u huwa stmat minn Genk għal madwar £20m.

Onuachu kellu perjodu impressjonanti fl-attakk s’issa dan l-istaġun, fejn skorja 12-il darba fi 18-il dehra fil-kompetizzjonijiet kollha.

Sport