Wednesday, April 24, 2024

Tottenham Hotspur favoriti lil Dusan Vlahovic

Aqra wkoll

Tottenham Hotspur huma favoriti li jakkwistaw lill-attakkant ta’ Fiorentina, Dusan Vlahovic.

Iż-żagħżugħ ta’ 21 sena kien marbut ħafna ma’ ċaqliq ‘il bogħod minn mal-Viola, bi clibs bħal Manchester City, Manchester United, Juventus u Paris Saint-Germain kollha maħsuba li qed isegwu s-sitwazzjoni tiegħu.

Madankollu, Spurs resqu quddiem Juventus fit-tellieqa biex jilqgħu lil Vlahovic, wara l-wasla ta’ Antonio Conte bħala manager.

L-internazzjonali Serb hu maħsub li hu wieħed mis-sitt players fil-lista mqassra ta’ sitt pleayers ta’ Conte, għalkemm trid issir offerta li tiswa madwar €60m biex l-attakkant jiġi ppremjat lil hinn minn ma’ Fiorentina.

Vlahovic mistenni jħalli lil Fiorentina f’waħda mit-twieqi ta’ trasferimenti li ġejjin, wara li s-sid tal-club Rocco Commisso ikkonferma li l-player irrifjuta l-aħħar offerta ta’ kuntratt tagħhom.

L-attakkant kellu bidu mill-aqwa fis-Serie A s’issa dan l-istaġun, fejn skorja tmien goals fi 11-il dehra fil-kampjonat, inkluż tripletta fir-rebħa ta’ 3-0 kontra Spezia fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet.

Sport