Saturday, April 27, 2024

Atletico Madrid lesti li jċedu lil Joao Felix għal €100 miljun

Aqra wkoll

Atletico Madrid jinsabu lesti li jibdew negozjati ma’ Chelsea biex ibiegħu lil Joao Felix li bħalissa jinsab b’self mal-Pensioners. 

Wara li l-club Spanjol talab €140 miljun għall-firma ta’ dan il-player ta’ 23 sena, issa t-talba hija dik ta’ €100 miljun. 

Jidher li Felix qed jintegra tajjeb fl-iskwadra mmexxija mill-coach Graham Potter. 

Min-naħa tagħhom, b’din iċ-ċifra Chelsea huma lesti li jibdew it-taħdidiet. 

Sport