Tuesday, September 1, 2026
Home Sport Atletico Madrid se jippruvaw jisirqu lil Nicolas Tagliafico minn idejn Juventus

Atletico Madrid se jippruvaw jisirqu lil Nicolas Tagliafico minn idejn Juventus

0
51

Atletico Madrid fetħu taħditiet ma’ Lyon biex jiffirmaw lid-difensur Arġentin Nicolas Tagliafico, f’tentattiv li “jisirqu” l-ftehim li Juventus kienu qed jaħdmu fuqu. 

Juventus diġà għandhom ftehim kemm ma’ Lyon kif ukoll mal-player ta’ 34 sena. 

Madankollu, Juventus iridu l-ewwel ibigħu lil Juan Cabal biex joħolqu spazju għal difensur ġdid. Din is-sitwazzjoni qed tagħti ċans lil Atletico Madrid jidħlu fit-tellieqa u jsaħħu n-negozjati tagħhom ma’ Lyon u Tagliafico. 

Cabal ġibed interess minn Roma, Bologna u Atalanta, iżda diġà rrifjuta trasferiment ma’ Bologna. 

Tagliafico, champion tad-dinja mal-Arġentina fl-2022, għandu l-kuntratt tiegħu ma’ Lyon jiskadi f’Ġunju 2027.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here