Wednesday, April 24, 2024

Attakk bid-drones fuq impjant taż-żejt fir-Russja

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

Hekk kif għadda biss jum wieħed minn mindu r-Russja akkużat lil Ukrajna li bagħtet drones li kkawżaw ħsarat fil-bini ta’ Moska fir-Russja, l-impjant taż-żejt fir-Russja, Afipsky safa maħkum minn attakk permezz tad-drones. Dan qalu il-Gvernatur lokali f’kumment li ta lil midja, fejn irrimarka li l-attakk seħħ fil-lejl ta’ bejn it-Tleta u l-Erbgħa filgħodu.

Il-Gvernatur Veniamin Kondratyev tal-pajjiż qal li kawża tal-attakk kien hemm xi nirien, iżda dan kien wieħed kontrollabli u għalhekk intefa mill-pumpiera li kien hemm preżenti fuq il-post. Huwa żied jgħid li fortunatament ħadd ma ndarab f’dan l-inċident.

Sa issa għad ma hemm l-ebda informazzjoni dwar min huwa/hija dik il-persuna li fetħet l-attakki ġewwa r-Russja. Minkejja dan, Moska fl-aħħar ġimgħat akkużat lil Kyiv b’numru ta’ strajks.

Uffiċjali Ukreni qalu li l-attakki bid-drones nhar it-Tlieta li għadda qatlu persuna waħda u ndarbu minn tal-inqas erba’ persuni. Huma qalu ukoll li minkejja dawn l-attakki, is-smewwiet fuq l-Ukrajna kienu relattivament kwieti matul il-lejl.

Sport