Sunday, December 22, 2024

Australian Open: Djokovic u Sinner jiltaqgħu fis-semi-finali

Aqra wkoll

Novak Djokovic u Jannik Sinner se jiltaqgħu fis-semi-finali ta’ nhar il-Ġimgħa bil-player numru wieħed tad-dinja jkompli bit-tentattiv tiegħu għal 11-il titlu tal-Austra­lian Open b’rebħa kunfidenti fuq it-12-il seed, l-Amerikan, Taylor Fritz.

Is-Serb, li qed ifittex il-25 Grand Slam biex jgħaddi mir-rekord ta’ Margaret Court ta’ 24, rebaħ 7-6 (7-3) 4-6 6-2 6-3 f’kundizzjonijiet sħan.

Issa huwa se jilgħab kontra r-raba’ seed, it-Taljan Jannik Sinner, li min-naħa tiegħu għeleb lill-ħames seed, ir-Russu Andrey Rublev f’Mel­bourne Park.

Djokovic rebaħ l-aħħar 33 partita tiegħu tas-singles fl-istess post u huwa favorit ċar biex jiddefendi t-tit­lu tiegħu.

Il-partiti tas-singles fir-Rod Laver Arena ma bdewx qabel is-2.00 am. Ir-rebħa ta’ Coco Gauff kontra Marta Kostyuk fil-kwarti-finali tan-nisa ħadet aktar minn tliet sigħat qabel ma Djokovic kellu bżonn kważi erbgħa biex jegħleb lil Fritz.

Djokovic isejjaħ l-Australian Open bħala “it-tieni dar” tiegħu, meta hekk kienet id-dominanza tie­għu matul is-snin, u din kienet wirja oħra maġġuri hekk kif ra lill-aħħar sfidant iżgħar.

L-iktar telfa riċenti tiegħu f’Melbourne tibqa’ telfa fir-raba’ round kontra Chung Hyeon tal-Korea t’Isfel fl-2018.

Min-naħa tiegħu Sinner għadda għas-semi-finali ta’ dan l-Open għall-ewwel darba, fejn għal darb’ oħra pprovda service sensazzjonali, li Rublev jista’ jirritorna iżda Sinner jista’ jisparah kullimkien.

Ir-rebħa ta’ Sinner ġiet miksuba fi tliet sets, 6-4 7-6 (7-5) 6-3 fejn kien fit-tieni set li Rublev ħabbtu xi ftit iżda ġeneralment Sinner kien kmand tal-partita.

Għal Rublev, l-uġigħ tiegħu fil- kwarti-finali tal-Grand Slam ikom­pli. Hu l-uniku player li lagħab 10 tal-Grand Slam, u tilifhom kollha.

Min-naħa ta’ Sinner, huwa biss it- tielet player raġel jew mara Taljan fl-Era Open li wasal sas-semi-finali tal-Grand Slam fuq uċuh multipli wara Matteo Berrettini u Sara Errani.

Fl-aħħar 19-il partita tiegħu fuq l-ATP Tour, Sinner tilef darba biss, u din waslet kontra Novak Djokovic fil-finali tal-ATP Finals.

Iċ-champion renjanti, Aryna Sabalenka, waqqfet semi-finali tal-qtugħ ta’ nifs kontra l-adoloxxenti Amerikana, Coco Gauff, wara li għel­bet lil Barbora Krejcikova f’reb­ħa dritta, 6-2 6-3.

Ir-rebħa ta’ Sabalenka kkonfermat ripetizzjoni tal-finali eċċitanti tal-US Open ta’ Settembru, li fiha Gauff irkuprat minn set minn taħt biex rebħet l-ewwel titlu maġġuri.

Gauff, 19-il sena, għelbet lill-Ukrena Marta Kostyuk fi tliet sets bl-Amerikana tikkommetti 51 żbalji mhux sfurzati, iżda rebħet 7-6 (8-6) 6-7 (4-7) 6-2.

Il-Belarussa Sabalenka, li 12-il xahar ilu sostniet l-ewwel trijonf tas-singles tal-Grand Slam tagħha fir-Rod Laver Arena, fajret 20 shots rebbieħa u kissret is-service taċ- champion tal-French Open 2021, iċ- Ċeka Krejcikova, sitt darbiet.

Dan kien f’kuntrast qawwi mar-rebħa tal-avversarja Gauff tal-aħħar erbgħa, bir-raba’ seed tgħid li tittama li “neħħiet il-partita ħażina” hekk kif timmira li ssir l-ewwel player mara minn Naomi Osaka tliet snin ilu li tirbaħ titli maġġuri wara xulxin.

Iż-żewġ kwarti-finali l-oħra fil-polza tas-singles tan-nisa miftuħa minn sensiela ta’ ħruġ bikri ta’ profil għoli, isiru llum.

Waħda miċ-Ċiniża Zheng Qinwen, ir-Russja Anna Kalinskaya, l-Ukrena Dayana Yastremska u ċ-Ċeka Linda Noskova – ħadd minnhom qatt ma lagħab f’semi-finali tal-Grand Slam – se jiltaqgħu ma’ Gauff jew Sabalenka fil-finali vetrina tas-Sibt. 

Ekonomija

Sport