Wednesday, December 25, 2024

Avukat jgħid li l-avukati difensuri għandhom f’idejhom provi ta’ 23 kaxxa minn 78 kaxxa ta’ evidenza

Aqra wkoll

Quddiem il-Maġistrat Montebello, id-Difiża argumentat li ma saret l-ebda investigazzjoni mill-pulizija. L-avukati difensuri argumentaw ukoll li l-imputati ma ingħatawx l-opportunita’ jagħtu l-verżjoni tagħhom u li nkisrilhom d-drittijiet fundamentali.

Id-Difiża tal- kumpanija Sciacca Grill Limited qalu li fis-seduta li jmiss ser ikun qed jixhed rapprezentant tal-Malta Busiess Registry.

L-avukat Arthur Azzopardi għamel talba lill-Qorti sabiex isir kontra-eżami tal-espert, bil-Qorti tiċħad din it-talba għaliex skond il-liġi l-esperti li kienu parti mill-inkjesta ma jistghux jinġiebu biex jixhdu f’dan l-istadju.

L-Avukat Vince Galea qal li s’issa l-avukati difensuri għandhom f’idejhom biss il-provi ta’ 23 kaxxa minn 78 kaxxa ta’ evidenza.

Is-seduta mistennija tkompli 19 ta’ Ġunju fil-11 a.m

Aktar kmieni: L-avukat Franco Debono jgħid li se jagħmel talba oħra, bil-Maġistrat tgħid: “ma јistax ikun li јisru iktar talbiet”

Id-difiza ressqet oġġezzjoni fil-konfront tal-esperti li kienu parti mill-inkjesta tal-Maġistrat Gabriella Vella. L-avukat Stefano Filetti, Arthur Azzopardi, Jason Grima, Chris Cilia u Veronique Dalli għamlu talba lill-Qorti tikkunsidra l-ħatra tal-espert fl-inkjesta.

Min-naħa tiegħu l-avukat Franco Debono talab lill-Qorti sabiex d-difiza ikollha aċċess sħiħ għall-inkjesta sabiex jkunu f’pożizzjoni li jiddefendu bl-aħjar mod lill-klijenti tagħhom. Qal li d-difiża tinsab fi żvantaġġ jekk mhux ser ikollha l-provi kollha fil-pussess tagħha.

Il-prosekuzzjoni li l-espert inħatar skond l-liġi u li kienet il-Maġistart Inkwerenti stess li dditerminat ir-reat/l-akkuzi fil-konfront tal-imputati.

Xehdet rappreżentanta tal-BOV, fejn quddiem il-Qorti qalet li ntalbet biex tipprovdi l-kont bankarju ta’ Mario Victor Gatt mill-1 ta’ Jannar tal-2023 sal-lum.

Id-Difiża argumentat ukoll li għadha ma ratx l-atti kollha ta’ l-inkjesta u kien hawn fejn talbet iżjed żmien sabiex tevalwa jekk hemmx biżżejjed provi biex l-imputati jitqiegħdu taħt att ta’ akkuża.

Il-Maġistrat Montebello ssospendiet s-seduta għal ftit minuti.

Aktar kmieni:

F’Awla 22, quddiem il-Maġistrat Rachel Montebello għall-ħabta tal-11:00 a.m, mistenni jkompla jinstema l-kumpilazzjoni fil-konfront ta’ numru ta’ persuni fosthom l-eks Prim Ministru Joseph Muscat, Keith Schembri u l-eks Ministru Konrad Mizzi.

Dawn qed jiġu akkużati bi frodi u b’ħasil ta’ flus b’rabta mal-konċessjoni tal-isptarijiet Karin Grech, San Luqa u l-Isptar Ġenerali t’Għawdex.

Danis-sit se jkun qiegħed jaġġornakom kontinwament b’dak li jkun għaddej.

Ekonomija

Sport