Monday, July 20, 2026
Home Internazzjonali Awstrijakk jibda għaddej ġuri akkużat li ppjana attakk waqt kunċert ta’ Taylor...

Awstrijakk jibda għaddej ġuri akkużat li ppjana attakk waqt kunċert ta’ Taylor Swift

0
22

Awstrijakk ta’ 21 sena beda għaddej ġuri f’Qorti fi Vienna fej qiegħed jiġi akkużat li ppjana attakk terrorisitku dwar kunċert ta’ Taylor Swift li kellu jsir fil-kapitali f’Awwissu tal-2024.

Beran A tressaq il-Qorti taħt sigurtà stretta. Hu ġie arrestat wara li CIA kienu nformat lill-awtoritajiet Awstrijakki li Beran allegatament kien qiegħed jippjana l-attakk.

Riżultat ta’ dan il-pjan ta’ attakk, il-kunċerti li kellhom isir f’Ernst Happl Stadium tħassru. Għal dawn il-kunċerti kellhom jattendu aktar minn 195,000 persuna.

Dakinhar, eluf kbar ta’ persuni kienu niżlu fit-toroq ta’ Vienna jkantaw kanzunetti ta’ Swift hekk kif kienu diġà jinsabu fil-belt lesti għal kunċert.

L-avukat tal-akkużat qabel ma beda l-ġuri qal li l-klijent tiegħu se jkun qiegħed iwieġeb mhux ħati tal-akkużi. Il-Prosekuturi fi Vienna akkużat lil Beran li kien membru ta’ organizzazzjoni terroristika. 

Hu qiegħed jiġi akkużat ukoll li wiegħed l-allejanza tiegħu lill-grupp terrorisitku u anke kien ixxerred fuq l-Internet materjal li hu tal-grupp tal-Istat Iżlamiku. 

Jirriżulta li hu kien xtara diversi splussivi online biex ikun jista’ jwettaq l-attakk terrorisitku.