Friday, June 12, 2026

Bajrakitiyabha, il-Prinċipessa tat-Tajlandja tmut wara 3 snin f’koma

Aqra wkoll

Il-familja Rjali tat-Tajlandja ħabbret li l-Prinċipess Bajrakitiyabha kienet mietet fl-età ta’ 47 sena. Hija kienet ilha f’koma għal dawn l-aħħar 3 snin.

Kien f’Diċembru tal-2022 meta waqt li kienet qiegħda timxi bil-kelb waqgħet mal-art u ħadd ma kien jaf xi ġralha. Aktar tard it-tobba qalu li hi ġralha hekk minħabba li qalba ma kienix qiegħda tħabbat b’mod regolari li imbagħad ikkawżat inflamazzjoni fil-qalb.

Bil-mewt tagħha, il-familja Rjali tilef waħda mill-aktar membri maħbubin madwar il-pajjiż. Hija kienet l-akbar wild tar-Re Vajiralongkorn, fejn għandu sebat itfal mill-ewwel mara tiegħu li tiġi wkoll il-kuġina l-Prinċipessa Soamsawali.

“It-tim mediku għamel dak kollu posibbli biex itejjeb il-kundizzjoni ta’ saħħet il-Prinċipessa, iżda maż-żmien saħħitha dejjem baqgħet sejra lura sakemm fis-19.48 (ħin lokali) hija ġiet iċċertfikata mejta fl-isptar ta’ Chulalongkorn,” qalet stqarrija li ħarġu l-familja Rjali.

Hija studjat il-liġi u kienet gradwata mill-Università ta’ Cornell fl-Istati Uniti. Ħadmet għal żmien qasir fil-Ġnus Magħquda qabel ma rritornat lejn pajjiżna fejn ħadmet fl-uffiċju tal-Avukat Ġenerali.

Artiklu preċedenti

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport