Sunday, December 22, 2024

Barcelona eliminati mill-UEFA Champions League

Aqra wkoll

Barcelona sfaw eliminati mill-UEFA Champions League meta temmew fit- tielet post ta’ Grupp E li minnu għaddew Bayern Munich u Benfica għal mal-Aħħar 16. Minbarra Benfica għaddew ukoll Lille  u Salzburg u fadal team ieħor biex jingħaqad il-kwadru kollu iżda l-logħba bejn Atalanta u Villarreal ġiet posposta minħabba l-maltemp.

Grupp E: Bayern Munich rebħu lil Barcelona bl-iskor ta’ 3-0 bl-iskorers ikunu Thomas Muller (34), Leroy Sane (43) u Jamal Musiala (62).

Min-naħa tagħhom, Benfica għamluha mal-Aħħar 16 b’rebħa ta’ 2-0 fuq Dinamo Kiev permezz ta’ Roman Yaremchuk (16) u Gilberto (27).

Grupp F: Il-logħba bejn Manchester United u Young Boys kienet formalitá min­ħabba li r-Red Devils kienu diġá rebħu l-grupp. Huma spiċċaw fi draw ta’ 1-1 hekk kif Mason Greenwood (9) fetaħ l-iskor għall-United iżda Fabian Rieder (43) kiseb id-draw għall-Isviz­zeri. 

Il-partita bejn Atalanta u Villarreal ġiet posposta minħabba l-ammont qawwi ta’ silġ li niżel li għamilha impossibbli biex isir il-logħob. L-istaff ta’ Atalanta ħadmu kemm felħu biex jipprovaw jikinsu s-silġ mill-pitch iżda ma setgħu jagħmlu xejn kontra l-qawwa tan-natura.  Infatti l-logħba se tintlagħab illum fis-6.45 pm.

Grupp G: Lille rebħu dan il-grupp meta marru għand Wolfsburg u ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 3-1 bil-goals jaslu minn Burak Yilmaz (11), Jonathan David (72) u Angel Gomes (78). Renato Steffen (89) skorja għal Wolfsburg.

Salzburg kienu t-team l-ieħor li kkwalifika meta laqgħu lil Sevilla u għelbuhom bl-iskor ta’ 1-0, b’ Noah Okafor (50) jagħmel id-differenza bejn iż-żewġ timi­jiet. L-Ispanjoli kellhom lil Joan Jordan (64) imkeċċi. 

Grupp H: Juventus spiċ­ċaw ir-rebbieħa ta’ dan il-grupp hekk kif f’darhom għelbu lil Malmo bl-iskor ta’ 1-0, bl-uniku goal jasal minn Moise Kean (18).

Min-naħa tagħhom, il- holders Chelsea kellhom jik­kuntentaw bit-tieni post meta barra minn darhom ġew miżmuma fi draw ta’ 3-3 minn Zenit St Petersburg. Għal Pensioners skorjaw Timo Werner (2, 85) u Romelu Lukaku (62) filwaqt li Claudinho (38), Serdar Azmoun (42) u Magomed Ozdoev (93) wieġbu għar-Russi. 

Ekonomija

Sport