Barcelona temmew l-isforzi tagħhom biex jiffirmaw lill-midfielder ta’ Wolves, Ruben Neves, matul is-suq tat-trasferimenti tas-sajf.
Għal numru ta’ xhur, ġie ssuġġerit li l-ġganti Katalani kienu favoriti biex jiffirmaw lill-player internazzjonali Portugiż, li pubblikament irrikonoxxa li huwa miftuħ biex jikkunsidra offerti minn clubs oħra.
Madankollu, il-kwistjonijiet finanzjarji ta’ Barcelona żammew kwalunkwe ftehim milli jimxi ‘l quddiem, filwaqt li Wolves saħqu li mhux se jinfirdu minn Neves għal ħlas bi prezz imnaqqas.