Tuesday, April 23, 2024

Basketball: Malta titlef il-finali tal-Kampjonat tal-Pajjiżi ż-Żgħar

Aqra wkoll

It-team nazzjonali tal-basketball, tilef il-finali tal- Kampjonat Ewropew tal-Pajjiżi ż-Żgħar meta safa megħlub mill-Armenja bl-iskor ta’ 84-68.

Minkejja din it-telfa, il-Maltin kellhom tournament impekkabbli meta rebħu l-logħbiet kollha preċedenti.

Is-sessjonijiet kienu (Malta l-ewwel) – 19-15, 11-24, 18-23, 20-22, hekk kif jidher li t-tieni sessjoni kienet detrimentali għall-Maltin li tilfuha b’distakk ta’ 13-il punt.

L-iskorers tal-benjamini tagħna kienu: Samuel Deguara (27), Kahler Nelson (17), Nathan Xuereb (10), Davi Bugeja (5), Aaron Falzon (4), Tevin Falzon (3) u Matthew Scerri (2). Il-players l-oħra kienu Alec Felice Pace, Ian Felice Pace, Kurt Xuereb, Miguel Brincat u Jack Zammit.

Fuq nota oħra, it-team nazzjonali tan-nisa ukoll sofra telfa, din id-darba kontra n-Norveġja bl-iskor ta’ 64-48.

Sport