Friday, November 15, 2024

Bayern Munich lesti li jħallsu €110 miljuni għal Harry Kane

Aqra wkoll

Bayern Munich huma nieqsa minn skorer naturali wara li Robert Lewandowski ssieħeb ma’ Barcelona fis-sajf li għadd. 

Huwa għalhekk li l-club mill-Bavarja se jagħmel minn kollox biex fis-sajf li ġej jiffirma lill-attakkant internazzjonali tal-Ingilterra u ta’ Tottenham, Harry Kane, fejn lesti wkoll li jħallsu €110 miljuni. 

Fl-aħħar żewġ logħbiet, Bayern naqsu li joħorġu rebbieħa fejn spiċċaw fi draws ta’ 1-1 hekk kif jidher ċar li ma għandhom l-ebda arma letali fl-attakk. 

Fl-aħħar partita kien Joshua Kimmich li kiseb id-draw kontra Cologne, fl-Allianz Arena, b’xutt minn barra l-kaxxa fil-ħin miżjud tal-logħba. 

Infatt li jiem li ġejjin, il-Bavarjani mistennija jagħmlu kuntatt ma’ Spurs fit-tentattiv li jibdew it-taħdidiet neċessarji biex dan il-player ta’ 29 sena imur jilgħab fil-Bundesliga. 

Manchester United ukoll qed isegwu l-progress ta’ Kane li jridu jingaġġawh biex ikun is-sostitut denju ta’ Cristiano Ronaldo li telaq lill-club f’Novembru li għadda bi qbil reċiproku. 

Il-kuntratt ta’ Kane ma’ Tottenham jintemm f’Ġunju 2024.

Ekonomija

Sport