Monday, May 13, 2024

“Bejn 30 u 40 walk-in kuljum minħabba kriminali li abbużaw”

Daniel Coppini minn Recruit In Malta jgħid li s-sitwazzjoni hija preokkupanti

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Aktar kmieni dalgħodu, l-Assoċjazzjoni Tal-Istabbilimenti tal-Catering Maltija (ACE) organizzat diskussjoni b’rabta mal-inizjattiva għall-introduzzjoni tal-iSkills Card biex tiżdied il-kwalità f’pajjiżna.

Daniel Coppini minn Recruit In Malta qal li bħalissa s-sitwazzjoni hija preokkupanti fejn minħabba “kriminali” li abbużaw mis-sistema għandhom sitwazzjoni fejn qegħdin jidħlu bejn 30 u 40 persuna kuljum jitolbu għal assistenza mingħajr appuntament.

Dawn huma persuni li jinġiebu minn individwi li s’issa rnexxielhom jabbużaw mis-sistema u jispiċċaw f’pajjiżna fejn wara li jirriżulta li mhumiex adattati għal ċertu xogħlijiet jispiċċaw jintbagħtu lura pajjiżhom bil-ġuħ.

Huwa saħaq li għandu tim ta’ persuni kwalifikati li s-suċċessi tagħhom jitkellmu waħidhom bl-ipproċessar ta’ 28,500 applikazzjoni fl-aħħar snin.

Sport